Għad ma kien hemm ebda reazzjoni minn naħa tal-gvern għar-rapport imxandar mill-Aġenzija Bankarja Ewropea – l-“EBA” – li kkonkluda li l-FIAU ta’ Malta kisret il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil ta’ flus maħmuġin u għall-iffinanzjar tat-terroriżmu.
Minn naħa tagħha l-FIAU ħarġet stqarrija għall-istampa li b’mod patetiku esprimiet id-“diżappunt” tagħha għad-deċiżjoni tal-EBA bħallikieku din tal-aħħar tiġi taqa’ u tqum mill-aspettativi tal-FIAU. Iżda l-FIAU wiegħdet li se tkun aktar risponsiva u allura jeħtieġ li nistennew u naraw.
Madankollu wieħed jeħtieġ jiftakar li l-FIAU mhix il-gvern. Hi aġenzija awtonoma u entità regolatorja li hi dejjem fid-dmir li twieġeb għall-aġir tagħha stess iżda m’huwiex xogħolha li tfassal il-politika dwar is-servizzi finanzjarji ta’ Malta u li tirreklama dawn is-servizzi.
Wasalna s’hawn f’din l-industrija tant importanti minħabba l-kampanja ta’ gideb sfaċċat imnedija mill-gvern. Ir-regolatur Ewropew iddeċieda li l-istituzzjonijiet tagħna ippermettew il-ħasil tal-flus fis-sistema finanzjarja tagħna.
Jeħtieġ li wieħed jifhem sew dan xi jfisser u għaliex seħħ dan kollu.
Joseph Muscat mexxa’ gamorra b’riżq il-gwadann personali.
Il-Pilatus Bank – bank li nħoloq apposta biex iservi ta’ forċina għall-azzjonijiet kriminali ta’ sidu u tal-klijenti tiegħu – kien jeħtieġ il-barka ta’ Joseph Muscat biex iwettaq l-azzjonijiet kriminali tiegħu b’impunità sħiħa. Joseph Muscat ra kif għamel biex dawk l-istituzzjonijiet li għandhom ir-responsabbiltà li jgħassu u jwaqqfu lill-Pilatus Bank ikunu dejjem taħt il-kontroll ta’ persuni leali lejħ u dan biex ikollu moħħu mistrieħ li xogħolhom ma jwettquhx. U b’riħet din is-sitwazzjoni, l-Pilatus Bank intuża biex jitgħatta t-tixħim kollu li sar biex setgħu jgawdu hu u sħabu.
Peter Grech, Silvio Valletta, Ian Abdilla u oħrajn spiċċaw biex irmew il-baħar id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom skond il-liġi biex b’hekk tal-Pilatus Bank tħallew jiksru l-liġijiet biex Joseph Muscat u sħabu setgħu jaħslu flus maħmuġin permezz tal-bank.
Manfred Galdes kien ġie mġiegħel jirriżenja minn direttur maniġerjali tal-FIAU meta dan xamm x’kien qed iseħħ fil-Pilatus Bank.
Michael Cassar irriżenja minn Kummissarju tal-Pulizija dakinhar stess li wasal għandu r-rapport ta’ Manfred Galdes dwar dak li kien qed iseħħ fil-Pilatus Bank.
Maria Efimova spiċċat biex kellha titlaq mill-pajjiż u nħareġ mandat ta’ arrest internazzjonali kontriha talli din tkellmet bil-miftuħ dwar dak li kien qed iseħħ fil-Pilatus Bank.
Jonathan Ferris tkeċċa mill-FIAU u ma ħallewħx jerġa’ jieħu postu fil-korp tal-pulizija.
Daphne Caruana Galizia investigat dak li ebda ġurnalist ieħor ma kien kapaċi jinvestiga: bank b’uffiċċji tiegħu bieb ma’ bieb ma’ dawk ta’ ambaxxati f’Ta’ Xbiex li s-sid tiegħu hu Iranjan u b’numru ta’ klijenti mhux magħrufin f’Malta.
Bil-barka ta’ Joseph Muscat, iħarrhuka għal danni stratosferiċi fl-Arizona. Eventwalment tiġi assassinata.
David Casa jaqbad mal-istejjer tagħha u jipperswadi lill-MEPs biex jinvestigaw. Il-każ jispiċċa jmur quddiem l-Aġenzija Bankarja Ewropea li tikkonkludi li tal-FIAU ppermettew is-sistema finanzjarja ta’ Malta biex tintuża bħala għodda għall-kriminalità. Issa qed jinvestigaw lil tal-MFSA.
Manfred Galdes, Michael Cassar, Maria Efimova, Jonathan Ferris, Daphne Caruana Galizia: b’mod jew ieħor ilkoll telqu mix-xena.
Joseph Muscat, Keith Schembri, Peter Grech, Silvio Valletta, Ian Abdilla: ilkoll għadhom hemm. U hekk kif il-EBA ikkundannathom talli kisru l-liġijiet, jibqgħu siekta. Anke issa.