Saviour Balzan mistagħġbin kemm għamel f’qalbu sakemm jien domt imsiefer.

F’artiklu mhux iffirmat li xxandar fil-ġurnal Illum żewġt iĦdud ilu, Saviour dendel geddum sal-art għax ma kienx qed jaqra’ posts ġodda fuq din il-website. Jidher li għalih dawn il-ġimgħatejn kienu qishom sentejn. Fil-ħajja verament ma tista’ qatt tkun taf minn fejn jistgħu jitfaċċaw l-ammiraturi.

Insomma, Saviour jien hawn għadni. Nittama li issa qed tħossok aħjar ħanini.