Id-demokrazija ma tfissirx biss elezzjonijiet
Bħalissa hemm kwistjonijiet akbar fuqhiex għandna ninkwitaw, iżda għad jiġi żmien meta jkun jeħtiġilna nirriflettu ftit fuq il-mod kif id-dritt li wieħed jipprotesta qed jiġi injorat. Attivisti tas-soċjetà ċivili ilhom kull xahar iwaħħlu banners u kartelluni biex jipprotestaw kontra l-korruzzjoni u biex jitolbu li ssir ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Bl-azzjonijiet li ttieħdu minn dawn [...]