L-Awtorità tal-Ippjanar tiltaqa’ s-Sibt biex tapprova b’urġenza permess għad-dar ta’ Joseph Muscat f’Burmarrad

By
2018-04-09T17:43:18+02:00Sat, 7th Apr '18, 15:19|

Ħaddiema tal-Awtorità tal-Ippjanar li ġew imsejħa fl-aħħar minuta biex jidħlu jagħmlu "biċċa xogħol urġenti" s-Sibt filgħodu skoprew li kienu ddaħħlu xogħol biex jipproċessaw u japprovaw applikazzjoni li tressqet minn ċertu "Dr Joseph Muscat" għal xi xogħlijiet ta' interior decoration fid-dar tiegħu f'Burmarrad. L-applikant "Dr Joseph Muscat" huwa ovvjament il-prim ministru ta' Malta li llum, is-Sibt, [...]

Proporzjonatament il-kampjun minn Malta misruq minn Cambridge Analytica hu t-tieni l-akbar fl-Ewropa

By
2018-04-08T16:18:44+02:00Sat, 7th Apr '18, 13:27|

Ħafna drabi il-fatti tkun trid ittemmagħhom bl-imgħarfa. Bosta kienu t-trolls tas-soltu li kitbu kummenti stupidi fuq l-interent wara li xxandret l-aħbar li Cambridge Analytica kienet serqet 6,000 account tal-Facebook minn Malta. Wieħed bħal donnu ried jurina l-għerf li jinsab imżejjen bih meta kiteb: "x'niġu naqgħu u nqumu minn 6000 account meta l-maġġoranza li ġab il-Labour [...]

Cambridge Analytica serqet informazzjoni personali mill-Facebook għax xi ħadd f’Malta inqeda’ bis-servizzi tagħha

By
2018-04-08T16:16:21+02:00Sat, 7th Apr '18, 12:24|

Ħerġin aktar provi li Cambridge Analytica serqet informazzjoni personali minn Facebook accounts Maltin. Din l-informazzjoni personali għala kienu jeħtiġuha? Ġew bżonn din l-informazzjoni personali biex ikunu jistgħu jagħmlu l-profitti huma u jipprovdu servizz lil ċertu klijent minn Malta. Cambridge Analytica u sidha l-SCL jaqdu tip speċifiku ta' klijent: partiti politiċi u kandidati politiċi. Xi ħadd [...]