Inqabad il-far

By
2018-05-01T11:14:49+02:00Mon, 30th Apr '18, 21:05|

Fil-Parlament illejla Jason Azzopardi kixef l-isem tal-uffiċjal tal-pulizija li qed jiġi suspettat minn uffiċjali anzjani tal-pulizija li, qabel l-arrest tagħhom, widdeb lill-aħwa Degiorgio li kienu appik ser jiġu arrestati bl-intiża li dawn ikollhom biżżejjed żmien biex jeħilsu minn provi li setgħu jinġiebu kontrihom. Huwa allegat li Alfred u George Degiorgio flimkien ma' Vince Cassar kienu [...]

Xi ħadd mill-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija tarraf kelma lill-allegati assassini qabel dawn ġew arrestati?

By
2018-04-30T11:13:07+02:00Mon, 30th Apr '18, 11:13|

Il-Pulizija ma weġbitx għall-mistoqsija dwar jekk, fil-fehma tagħhom, xi ħadd kienx tarraf kelma lill-allegati assassini li tqabbdu biex joqtlu lil Daphne Caruana Galizia qabel l-arrest tagħhom. Il-Pulizija għandha twieġeb. Il-Pulizija m'humiex biss fid-dmir li jarrestaw lil min ikun suspettat bit-twettiq ta' reat kriminali. Ma tridx wisq għerf biex tarresta lil xi ħadd f'pajjiż żgħir bħalma [...]

Matthew Caruana Galizia dwar il-preżenza ta’ Adrian Delia fid-dimostrazzjoni tal-bieraħ

By
2018-05-01T11:12:49+02:00Mon, 30th Apr '18, 10:09|

Dan huwa dak li kiteb Matthew Caruana Galizia fuq Facebook ftit minuti ilu: Il-preżenza ta' Delia fil-protesti huwa tentattiv biex inaddaf ir-reputazzjoni tiegħu. Il-ġlieda tagħkom bħala ċittadini hija ġlieda għad-dinjità tagħkom. Mhix ġlieda biex teħilsu minn klikka - dik ta' Joseph Muscat - u tbiddluha ma' klikka oħra - dik ta' Adrian Delia. Ħarsu lejn [...]

Waqt li eluf ta’ nies kienu qed jipprotestaw …

By
2018-05-01T11:10:21+02:00Mon, 30th Apr '18, 08:50|

Waqt li l-protesta biex inkunu nafu l-verità kienet waslet fin-naħa ta' fuq ta' Triq ir-Repubblika, kien hemm xi wħud li waqfu jirriflettu maġenb dik li tat ħajjitha biex tiddefendi l-verità. Kemm aħna midjunin lejha imma fl-istess ħin ma nistgħux inpattulha ta' li għamlet.

Messaġġ mingħand Maria Efimova

By
2018-04-30T11:02:59+02:00Mon, 30th Apr '18, 07:19|

Din hi traduzzjoni ta' messaġġ ta' Maria Efimova li nstama' waqt il-Manifestazzjoni għall-Ġustizzja u l-Verità l-bieraħ fil-Belt Valletta: https://youtu.be/66uI8fnt5og Għeżież #occupyjustice, Awturi u intom ilkoll li ngħaqadtu magħhom illum, Huwa ta unur kbir għalija li nindirizzakom. Sinċerament kienet tkun ix-xewqa tiegħi li nkun fostkom. Nammira ħafna l-kuraġġ u l-perseveranza tagħkom intom u taqbżu biex tiddefendu [...]