Month: March 2018

Edward Scicluna jiċħad li l-IIP qed tiffinanzja lil Puttinu … imbagħad iħassar dak li kiteb

Edward Scicluna jiċħad li l-IIP qed tiffinanzja lil Puttinu … imbagħad iħassar dak li kiteb

Edward Scicluna, il-ministru responsabbli għall-infiq kollu li jagħmel il-gvern, illum ħareġ għonqu biex jiċċara li l-gvern kien ser jiffinanzja lil Puttinu direttament mill-baġit tal-istat u mhux mid-dħul mill-bejgħ tal-passaporti. Hu minn ewl id-dinja li l-ministru jkun jaf dan għax hu proprju hu li jiffirma d-dokumenti li jkunu meħtieġa. Għalkemm imissu jaf ukoll li l-mod kif il-gvern għandu …

+ Read More

Issa tard wisq għal min qed jippretendi li Ali Sadr m’għandux x’jaqsam ma’ Malta

Issa tard wisq għal min qed jippretendi li Ali Sadr m’għandux x’jaqsam ma’ Malta

L-arrest ta’ Ali Sadr għamel il-ħsara lil Malta. Il-fatt li m’huwiex mixli b’reati kriminali li seħħew f’Malta mhux daqstant importanti. U mhuwiex qed jiġi mixli b’reati kriminali li seħħew hawn Malta għax l-awtoritajiet Maltin ħallewħ igħaddiha lixxa. Qed jiġi mixli mill-awtoritajiet Amerikani fl-Istati Uniti talli kiser il-liġijiet ta’ dal il-pajjiż. Il-fatt li m’huwiex qed jiġi mixli b’reati …

+ Read More

L-awdituri tal-bank

L-awdituri tal-bank

Sabiex kollox jimxi ħarir ikun jeħtieġ li nserrħu fuq l-istħarriġ li jagħmlu d-ditti tal-awdituri biex jiġu verifikati u ċċertifikati talbiet li jsiru minn kumpannji. Hi tassew ħaġa minn ewl id-dinja – mhux f’Malta biss – li d-ditti tal-awdituri ħafna drabi jsibu ruħħom bejn ħalltejn meta jkollhom jew jagħżlu li jaġixxu fl-interess pubbliku bħala uffiċjali indipendenti jew inkella li jaġixxu fl-interess tal-klijenti tagħhom. …

+ Read More

Il-logħba ta’ Kaelin

Il-logħba ta’ Kaelin

Aqra din il-blog post miktub minn Freddy Gray f’The Spectator. Għandu elf raġun. L-istorja dwar Cambridge Analytica mhix daqstant dwar il-pariri li dawn taw lill-klijenti tagħhom. Iżda hi aktar dwar kif Christian Kaelin ta’ Henley and Partners’s inqeda’ b’Cambridge Analytica biex virtwalment spiċċa jikkontrolla u jiġbed l-ispag ta’ mexxejja politiċi li jkunu rebħu l-poter f’pajjiżhom bil-għajnuna tagħhom. Fil-ġranet li ġejjin se …

+ Read More

MEPs lill-Bank Ċentrali Ewropew: Agħlaq lill-Pilatus!

MEPs lill-Bank Ċentrali Ewropew: Agħlaq lill-Pilatus!

Membri tal-Parlament Ewropew, li qed ikomplu jinvestigaw fuq il-korruzzjoni u s-saltna tad-dritt f’Malta, kitbu lil Mario Draghi tal-Bank Ċentrali Ewropew u talbuh jagħlaq il-Bank Pilatus u jirtiralu l-liċenzja. Dan wara li l-gvern ma ħa l-ebda passi biex jagħlaq il-Pilatus minkejja l-fatt li l-uniku proprjetarju ta’ dan il-bank spiċċa miżmum f’ħabs federali Amerikan mixli b’sitt kapi …

+ Read More

GUEST POST: Resqin lejn 6 xhur

GUEST POST: Resqin lejn 6 xhur

By Pat Azzopardi Preziosi: Rajt dan ir-ritratt u rġajt bdejt nibki. Bkejt it-tfulija li nsterqet lil dawn it-tliet subien li kellhom jgħixu bil-ħsieb li lil ommhom jobogħduha, waqqgħuha għaż-żufjett, u gidbu fuqha. Bkejt għaliex dawn it-tliet subien ma setgħux jitħabbu wisq mal-annimali għeżież tagħhom, għax kull darba kienu jivvalenawhomlhom jew iħanxrulhom għonqhom. Bkejt għall-ġenituri tagħha, …

+ Read More

Ali Sadr m’huwiex xi Oskar Schindler

Ali Sadr m’huwiex xi Oskar Schindler

Filwaqt li huwa pjuttost faċli li wieħed jipprova jpinġi kerha lil mara Russa li wiċċha s’issa għadna ma rajnihx u li jdendel it-tabella tal-motivazzjoni politika mal-istqarrijiet ta’ eks uffiċjal tal-pulizija, diffiċli ħafna li wieħed jipprova jpinġi lil Ali Sadr – sinjurun bla skrupli magħruf għas-swat sistematiku li kien jagħti lil martu u b’passaporti f’idu daqs kemm jesa’ …

+ Read More

STAR COMMENT: Qatt tinsew ir-rabta ma’ Henley

STAR COMMENT: Qatt tinsew ir-rabta ma’ Henley

Minn Callixtus wara li xxandret il-post tiegħi dwar Luzerner Zeitung: Il-ġurnal Luzerner Zeitung jidher li ħarablu l-irbit Svizzeru ferm aktar importanti, jiġifieri, Christian Kaelin. Ali Sadr u martu kien l-mistiedna għall-festin li kien sar biex jiġi ċelebrat l-20 anniversarju tat-tieġ ta’ Kaelin. U lest nilgħab imħatra li Christian Kaelin attenda għat-tieġ ta’ Ali Sadr fl-Italja flimkien ma’ Keith Schembri u Joseph Muscat (ħobża u sikkina!). …

+ Read More

Ali Sadr qed jiġbed l-ispag ta’ Edward Scicluna?

Ali Sadr qed jiġbed l-ispag ta’ Edward Scicluna?

Fil-Parlament Edward Scicluna ħareġ jiddefendi d-deċiżjoni tal-MFSA li ma tissospendix il-liċenzja tal-Pilatus Bank. Fil-għerf bla tarf tiegħu, il-Profs bħal speċi xtaq jgħallimna li hemm differenza bejn Ali Sadr bħala Chairman u Direttur tal-Bank I l-bank bħala entità għalih.. Grazzi ħafna Profs. Allura Ali Sadr tneħħa minn Direttur tal-Bank mill-MFSA. U l-Bank tħalla jinnegozja sabiex is-sidien tal-Bank jibqgħu jimpalaw il-profitti. Grazzi ħafna Profs. U issa nsiru …

+ Read More

Meta Edward Zammit Lewis ħallas miljun ewro lill-kumpanija tal-ajru li ġġorr il-bagalji … bil-ħwejjeġ

Meta Edward Zammit Lewis ħallas miljun ewro lill-kumpanija tal-ajru li ġġorr il-bagalji … bil-ħwejjeġ

Bħal din il-ġimgħa ħdax-il xahar, ilkoll konna qed insegwu l-aħbarijiet li kienu ħerġin minuta wara l-oħra. Daphne Caruana Galizia tirraporta li l-Egrant hi ta’ Michelle Muscat.  Michelle Muscat tiċħad. Joseph Muscat jgħid li m’hemm xejn x’jiġi investigat. Lawrence Cutajar jiekol il-fenek moqli. Ali Sadr joħroġ inkiss inkiss mill-bank bil-bagalji. Jekk irridu nemmnu lil Edward Zammit …

+ Read More