#occupyjustice: Is-Siġra tal-Ġustizzja

By
2018-06-16T14:10:22+02:00Sat, 16th Jun '18, 14:05|

Stqarrija ta' #occupyjustice: Siġra tal-Ġustizzja ‘tħawwlet’ quddiem il-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq is-Sibt wara nofsinhar b’ittri ta’ protesta bħala l-‘frott’ mill-friegħi tagħha. Is-Siġra tħawwlet tminn xhur mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. #Occupyjustice qalu li “kull ma fadlilna huma l-egħruq tal-ħażen”. #Occupyjustice hu grupp ta’ attivisti mmexxijja minn nisa li qegħdu s-siġra fejn kien hemm siġra tal-ballut [...]

Qegħdin tavveluna

By
2018-06-16T12:29:53+02:00Sat, 16th Jun '18, 09:11|

Darrin Zammit Lupi, fotografu mar-Reuters, dalgħodu ried jiġbed ritratt ta' Kastilja. Kuntistabbli tal-pulizija ma ħalliehx. Dan huwa r-riżultat.

L-album tal-familja tal-Kenniesa

By
2018-06-16T12:32:00+02:00Sat, 16th Jun '18, 09:04|

Il-Kenniesa illum ħarġu b'figuri tal-kartun mill-album tal-familja tal-qaddisin. Tafu għal min qed ngħid. Keith Schembri, Konrad Mizzi, Chris Cardona: dawn qed jeħlu ta' xejn jaħasra.

‘M’hux se nisktu’

By
2018-06-16T12:28:53+02:00Sat, 16th Jun '18, 09:01|

Il-banners li ttellgħu dal-lejl, 8 xhur wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, fihom messaġġ b'saħħtu. Lil Daphne sikktuha. Iżda dan ma jfissirx li ħaddieħor se jissikket ukoll. Huwa messaġġ lil dawk kollha li, għax il-protesti u l-verità jikxfuhom ta' li huma, jridu jsikktu lil ħaddieħor. Lil dawk kollha li jridu lil ħaddieħor jiskot biex il-ħmerijiet [...]

Go to Top