Stqarrija ta’ #occupyjustice:

Siġra tal-Ġustizzja ‘tħawwlet’ quddiem il-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq is-Sibt wara nofsinhar b’ittri ta’ protesta bħala l-‘frott’ mill-friegħi tagħha. Is-Siġra tħawwlet tminn xhur mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

#Occupyjustice qalu li “kull ma fadlilna huma l-egħruq tal-ħażen”. #Occupyjustice hu grupp ta’ attivisti mmexxijja minn nisa li qegħdu s-siġra fejn kien hemm siġra tal-ballut li egħxet tul it-Tieni Gwerra Dinjija huma mietet taħt il-Ministru preżenti tal-ambjent.

#Occupyjustice qalu li “l-messaġġ tagħna hu sempliċi: Muscat, Schembri u Mizzi, għalfejn ma tagħmlux bħas-siġra u titilqu ‘l hemm?”. L-attivisti tennew il-fehma tagħhom li s-sensiela twila ta’ provi dokumentati jġiegħlu lill-Prim Ministru u ‘t-tnejn l-aktar qrib tiegħu jitilqu.

“Il-Prim Ministru jista’ jara din is-siġra kuljum mit-tieqa tal-uffiċju tiegħu u forsi jiftakar li l-Kap tal-Uffiċju tiegħu Keith Schembri u l-Ministru ewlieni tiegħu Konrad Mizzi bnew strutturi li jaħslu l-flus biex jirċievu tixħim illeċitu, waqt li hu qed jipproteġihom mill-post li suppost dawn l-affarijiet iwaqqafhom — Kastilja — għax kif inhu ċar jaqbel lilu,” qalu #Occupyjustice.

L-attivisti qalu li minn meta kienet assassinata Daphne Caruana Galizia, isem pajjiżna mar il-baħar.

“Din il-ġimgħa rajna lill-Kummissarju Ewropew titkellem fuq possibilta ta’ proċeduri kontra Malta wara ksur tal-liġijiet Ewropej. Rajna kif qorti f’Ateni effettivament iddikjarat li Malta m’hawnx sigurta għall-whistleblower Maria Efimova li jfisser li mhawnx sigurta għal min jazzarda jitkellem kontra Joseph Muscat.”

Qalu wkoll li “hu ċar li m’hux interessati f’isem pajjiżna imma fil-flus li qed idaħħlu”. #Occupyjustice kkwotaw lil Mahatma Ghandi u qalu li “d-dinja tipprovdi biż-żejjed għall-bżonnijiet ta’ kull bniedem, iżda mhux biż-żejjed għar-rgħiba ta’ kulħadd. Xi darba l-Prim Ministru ser jirrealizza li ruħu m’għandhiex għalfejn tintema’ bil-flus”.

“Se nibqgħu niġġieldu biex insalvaw lil pajjiżna maħtuf mill-ħallelin mafjużi. M’hux se nistrieħu qabel issir ġustizzja”.

#Occupyjustice determinati jiġġieldu għas-sewwa, għall-ħaqq u għal soċjeta ġusta u ekwa.

“Dan pajjiżna. Din darna. Aħna n-nies. Nippretendu aħjar. Jixraqilna aħjar. Nesiġu aħjar”.