Direttur ieħor tal-Pilatus Bank imħarrek fl-Istati Uniti
Wara investigazzjoni li saret mill-FBI, Mustafa Cetinel - sal-lum direttur tal-Pilatus Bank - qed jiġi mħarrek fil-qrati federali tal-Istati Uniti. F'April, il-Financial Times irrappurtat li Mustafa Cetinel kien ġie investigat mill-FBI, iżda ma kienx hemm aħbar dwar taħrika. Minn spezzjoni li saret fir-reġistru tal-qrati federali ta' Manhattan irriżulta li l-prosekutur federali ppreżenta taħrika kontra Mustafa [...]