Tal-FIAU jgħidu li David Casa għandu jiġi kastigat
Il-Financial Intelligence Analysis Unit, entità li għadha kemm ġiet imċanfra bil-kbir mill-European Banking Authority, issa heddet lil David Casa b'azzjoni kriminali. Sinjuri, dan mhu xejn ħlief faxxiżmu ri-inkarnat. Il-gvern qed idendel il-manetti quddiem wiċċ wieħed mir-rappreżentanti eletti tagħna. Ippruvaw ifhmu dan xi jfisser. Il-FIAU tinvestiga lil Konrad Mizzi u tikkonkludi li x'aktarx seħħew atti kriminali [...]