Dan huwa l-editorjal ta’ The Malta Independent li jesprimi diżappunt bir-rappurtaġġ tal-mezzi tax-xandir tal-PN.

Il-ġurnali jipparaguna dan ir-rappurtaġġ mal-propaganda ta’ żmien il-komuniżmu fir-Russja u dan il-paragun ċertament ma sarx b’tifħir. Il-PN issa ilu għal bosta snin sid tal-mezzi tax-xandir tiegħu. Il-ġurnali tiegħu huma meqjusa bħala l-leħen tal-partit u dejjem servew biex iwasslu l-fehma tal-partit lin-nies.

Aktar tard il-partit fetaħ stazzjon tar-radju – issa b’isem ġdid wara li għal tletin sena sħaħ kien magħruf bħala Radio 101 – u eventwalment fetaħ ukoll stazzjon tat-televiżjoni. Dawn il-mezzi tax-xandir, għalkemm partiġġjani u neqsin ta’ oġġettività, kien hemm okkażjonijiet fejn kienu kreattivi, oriġinali u perseveranti kemm setgħu fil-kritika tagħhom diretta lejn il-mexxejja tal-Partit Laburista.

Allura, ngħid jien, The Malta Independent għaliex proprju issa qiegħed iħoss li l-ġurnaliżmu tal-PN – jekk wieħed jista’ jsejjaħlu hekk – ħaqqu salt kritika? X’aktarx li wieħed jista’ jgħid li The Malta Independent jidhirlu li issa dawn qed jesaġeraw. Nista’ nsemmi l-kwalità baxxa ta’ rappurtaġġ, l-istejjer imxandra ma jiġux mgħarbla sew u l-adorazzjoni bla qies u tal-mistħija tal-kbir mexxej.

Il-paragun mal-propaganda komunista huwa reali għaliex tul il-medda taż-żmien in-nies kważi bdiet tixba’ twaqqa’ għaż-żuffjett il-kontenut tal-aħbarijiet uffiċjali tal-istat Sovjetiku. Il-qarrejja, injorati kif inhuma mill-ġurnalisti, ħafna drabi huma kapaċi li jiflu l-fatti mill-propaganda.

Ejjew nieħdu r-rappurtaġġ dwar il-feriment b’sikkina ta’ Hugo Chetcuti. Bla dubju l-ġurnalisti ta’ Net TV, li rrappurtaw din l-istorja bħallikieku kien attentat fuq xi isqof, jafu aktar mill-qarrejja tagħhom dwar min hu Hugo Chetcuti. Jew għallinqas suppost għandhom jafu aktar. Hi ħaġa minn ewl id-dinja li jħossuhom skomdi jitħaddtu dwar affarijiet li ma jkunux kapaċi li jippruvaw. Iżda m’għandhomx iħossuhom skomdi li jitħaddtu dwar is-sewwa magħruf dwar Hugo Chetcuti.

L-ironija hi li meta partit ikun sid ta’ mezzi tax-xandir, ikun qed jilgħab b’sikkina b’żewġt ixfafar. Partit li jkun sid tal-mezzi tax-xandir tiegħu ikollu piż x’jerfa’ u wieħed ikollu dejjem jassumi li l-linja editorjali ta’ dawn il-mezzi hi identika mal-fehmiet tal-partit.

Il-PN imissu jaf li Hugo Chetcuti huwa persuna li jkun ferm għaqli jekk wieħed iżomm kemmxejn ‘il bogħod minnu. Diskorsi ta’ tifħir u ta’ adulazzjoni jibqgħu żejda u inopportuni.

Il-punt bażiku hu li l-partiti politiċi m’għandhomx ikunu sidien tal-mezzi tax-xandir tagħhom. Xogħol il-politiku u dak tax-xandar huma differenti u m’għandhomx jitħalltu bħalma huma mħalltin f’Malta. Għax inkella dawn il-mezzi jservu biss biex iqarrqu u jimmanipulaw.