M’għandux raġun min igħid li l-kwistjonijiet privati ta’ Adrian Delia għandhom jinżammu privati. Times of Malta xandret id-dettalji tal-ispejjeż ta’ kull xahar ta’ Adrian Delia ħlief għal dawk li jkun jeħtieġ jonfoq biex igħix. Adrian Delia qed igħix f’post li m’huwiex daru u għaldaqstant x’aktarx qed iħallas il-kera. Hu jrid jiekol ukoll u xi drabi anki jmur iċ-ċinema.

Hemm ukoll is-somma ta’ €2,750 li l-Qorti ordnatlu li jħallas lil martu fix-xahar għall-manteniment. Bosta kienu dawk li tkażaw meta din il-website xandret rapport dwar il-proċess ta’ separazzjoni li kien inbeda’. Bosta wkoll kienu dawk li qaluli li din ma kinitx affari tiegħi minkejja l-fatt li fakkarthom li s-salarju nett tal-Kap tal-Oppożizzjoni bejn wieħed u ieħor jammonta għal dak li suppost qed iħallas fix-xahar lil martu biex tgħajjex lill-familja.

Is-sena li għaddiet Adrian Delia minn jeddu għażel li jnaqqas kemm il-livell ta’ għejxien tiegħu kif ukoll id-dħul finanzjarju b’riżq ħajja fis-servizz pubbliku. Ma nistax ma nammiraħx għad-deċiżjoni altruwistika li ħa: għandi nifhem li nies bħal dawn il-pajjiż għandu bżonnhom.

Madankollu Adrian Delia xorta waħda qed ikollu jħallas l-ispejjeż ogħla tal-istil ta’ ħajja li kellu bid-dħul ħafna aktar baxx tal-istil ġdid ta’ ħajja li għandu issa. Bħalissa lill-banek qed iħallashom lura madwar €6,000 fix-xaħar.

Adrian Delia qal li d-ditta legali li kellu baqgħet tħallsu kull xahar bin-nifs wara li biegħ l-ishma li kellu fiha — pagamenti li ma qalx kemm jammotaw — li bihom suppost qed ikopri l-ispejjeż l-oħra li għandu.

X’aktarx li mad-ditta legali li kellu huwa jinsab marbut bi klawżola ta’ kunfidenzjalità. Madonkollu rridu niftakru li Adrian Delia ma telaqx minn ma’ ditta legali biex mar ma’ oħra, iħda daħal għall-ħajja pubblika. U malli tidħol fil-ħajja pubblika, ma tistax tkompli żżomm il-kunfidenzjalita’ dwar il-finanzi tiegħek.

M’għandniex xi ngħidu, issa se jkun hemm minn jakkużani b’kurżita’ żejda dwar il-finanzi ta’ Adrian Delia li ċertament m’huwiex l-ewwel bniedem li għandu l-problemi finanzjarji jew li għandu ma’ wiċċu separazzjoni jew divorzju minn martu li se jiswieħ il-flus. Huwa ammirevoli l-fatt li qabad u daħal għall-ħajja pubblika mingħajr ma ta każ l-interessi finanzjarji tiegħu.

Iżda huwa ta’ interess u ta’ tħassib pubbliku l-fatt li jinsab f’sitwazzjoni mill-aktar vulnerabbli. Adrian Delia ma jistax jibqa’ selettiv dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu għaliex ma kull storja ġdida li tinkixef, qed tkompli tonqos il-kredibilita’ tiegħu.

Din il-ġimgħa stess skoprejna li meta s-sena li għaddiet kien stqarr li kien irranġa kollox ma’ tat-taxxa, dak li kien stqarr ma kienx għal kollox korrett.

U aktar ma jimmuttettja, jiġġestikola u jippretendi li għandna nafdaw kull kelma li jlissen, ma nistgħux nieqfu nitkellmu fuq dawn l-affarijiet.

Min ikun f’din il-pożizzjoni finanzjarjament vulnerabbli jkun qed jesponi ruħu għar-riskju tal-korruzzjoni. Taħsbu li bank serju jkun lest li jżomm fl-impjieg tiegħu maniġer li jkun f’din is-sitwazzjoni? U żgur li le. Anki naqra ta’ skrivan ma’ bank li jkun f’din is-sitwazzjoni jista’ jsib ruħu taħt pressjoni mis-superjuri tiegħu fil-bank biex jirranġa l-affarijiet finanzjarji tiegħu jekk ikun irid ikompli fl-impjieg.

Għalhekk li, f’ċirkostanzi bħal dawn, it-trasparenza tista’ sserraħ l-imħuħ. Bħalissa n-nies tinsab kelma waħda dwar kif qed ilaħħaq mad-dħul baxx u mal-ispejjeż enormi li għandu. Imma min jaf? Forsi Adrian Delia qed igħix f’dinja oħra u ntbagħat minn xi univers ieħor bl-iskop li jirranġa l-finanzi tal-PN, biex imbagħad minn hemm igħaddi biex jirranġa l-finanzi tal-pajjiż.

Imma aħna f’din id-dinja qed ngħixu u f’din id-dinja dan kollu mhux jagħmel sens: sakemm mhix qed tinħema xi ħaġa tat-twerwir minn wara l-kwinti.