Din bgħatitha May Borg b’risposta għal wieħed mill-posts li
Manuel, nifhmek fuq li nifhmek. Ippruvaw ituk daqqa taħt iċ-ċinturin. Iżda jien jidhilrli li s-suġġett li għandna nitkellmu dwaru m’huwiex int. Għaldaqstant se nagħmel sensiela ta’ mistoqsijiet li sal-lum għadhom ma ġewx imwieġba.
Min verament qatel lil Daphne?
Fejn hu Yorgen Fenech? Qed jiġi investigat?
Keith Schembri u Konrad Mizzi għaliex għadhom qed igħadduha lixxa?
X’se jagħmel Muscat wara li xxandar ir-rapport dwar dak li qed tgħid l-UE dwar l-iskema tinten tal-passaporti?
Sid il-Macbridge min hu?
Il-Parlament meta se jiddibatti l-kuntratt jinten tal-Vitals?
X’bi ħsiebha tagħmel l-Oppożizzjoni biex tiġġieled kontra din il-korruzzjoni kollha u l-ħabi kollu tal-klikka ta’ Kastilja?
X’bi ħsiebha tagħmel l-Oppożizzjoni biex tirranġa s-sitwazzjoni finanzjarja fil-partit darba għal dejjem? Il-pajjiż jeħtieġ oppożizzjoni b’saħħitha.
…u kwistjonijiet oħra importanti li qed jeffettwawna bħala pajjiż.