Fejnhom issa dawk li kienu xebgħu iwerżqu li “Franco għandu raġun”?
Franco Debono kien u baqa' persunaġġ kontroversjali. Iżda barra li huwa kontroversjali, huwa wkoll il-Kummissarju tal-Liġijiet li fl-2013 meta nħatar fil-kariga Owen Bonnici kien sejjaħlu, bħala “l-persuna responsabbli għat-tneħħija ta' liġijiet kunfliġġenti li tqiesu mill-Qorti Kostituzzjonali bħala liġijiet li jiksru l-Kostituzzjoni u d-drittijiet fundamentali" u bħala l-persuna “li ser imexxi r-riforma Kostituzzjonali”. Skond Owen Bonnici, [...]