Safar f’ħin li fih suppost tkun l-iskola? Iva għax il-liġijiet ma jgħoddux għall-familja rjali Maltija.

By
2019-04-02T06:26:39+02:00Sat, 30th Mar '19, 08:31|

Ulied il-Prim Ministru fallew l-iskola għal diversi ġranet biex setgħu jakkumpanjaw lill-ġenituri tagħhom għal żjara fl-Abu Dhabi fejn tnieda l-Logħob Olimpiku Speċjali. Ħaddieħor li jkun ġiegħel l-uliedu jfallu l-iskola biex ikunu jistgħu jsiefru jkollu jiffaċċja l-konsegwenzi u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni jingħad li hu strett ħafna dwar din ir-regola. Aqraw x'tgħid il-politika tad-Dipartiment li xxandret f'Ottubru 2014 [...]

Inkjesti li ma jixxandrux

By
2019-04-02T06:25:34+02:00Fri, 29th Mar '19, 10:19|

Hekk kif jintebaħ b'dak li qed iseħħ fl-Istati Uniti wara li tlesta r-rapport Mueller li "ma kkonkludiex" li kien hemm rabtiet bil-moħbi bejn il-kampanja Presidenzjali ta' Trump u r-Russja, wieħed ma jistax ma jiftakarx f'dak li kien seħħ f'Malta wara t-tlestija tar-rapport tal-inkjesta Egrant. Fl-Istati Uniti, rapport ta' 300 paġna li tlesta wara sentejn u [...]

Kundanni ġodda mill-Parlament Ewropew: Joseph se jagħti widen?

By
2019-03-29T11:45:55+02:00Thu, 28th Mar '19, 16:08|

Dawn mingħalihom li jistgħu jibqgħu għaddejjin jinjoraw lil kulħadd ċens perpetwu: iżda l-verità hi li għad jasal mument meta jkollhom jagħmlu l-kontijiet. Illum il-Parlament Ewropew għadda riżoluzzjoni li permezz tagħha talab li ssir inkjesta pubblika internazzjonali u indipendenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dwar l-istejjer li kienet qiegħda tinvestiga. Talab ukoll lill-membri tal-Gvern [...]

Inqaleb kollox ta’ taħt fuq

By
2019-03-29T11:47:27+02:00Wed, 27th Mar '19, 14:41|

F'nofs dan id-diskors kollu li qed isir dwar inkjesti maġisterjali, hemm kwistjoni waħda li għadni ma nistax nifhimha. Hawn xi pajjiż fid-dinja fejn min ikun taħt suspett jiddeċiedi hu stess meta u b'liema mod għandu jiġi investigat? Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat li fih ġurnalista ta' One TV tidher tisfida lil Adrian Delia biex [...]

Reżistenza: Taħt Joseph Muscat ħadna l-fama ta’ briganti

By
2019-03-27T12:41:03+02:00Wed, 27th Mar '19, 12:41|

Stqarrija ta' Reżistenza: Ftit jiem ’il bogħod miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ l-erbgħin sena minn meta pajjiżna akkwista l-Ħelsien mill-ħakkiem kolonjali b’dispjaċir ninnutaw li r-repuazzjoni internazzjonali ta’ Malta u tal-Maltin marret il-baħar. Isimna sar assoċjat ma’ attivitajiet nieqsa mit-trasparenza u s-serjeta’. Il-Maltin li jkunu involuti f’laqgħat ma’ barranin dan jafuh sew, għaliex ikollhom regolarment isofru l-umiljazzjoni li jqattgħu [...]

DW: Malta fiċ-ċentru ta’ maltemp finanzjarju

By
2019-03-29T11:43:32+02:00Mon, 25th Mar '19, 16:47|

Għadu kemm ixxandar rapport ieħor li jfakkar lil Edward Scicluna li l-iskandlu tal-Panama u l-mistħija li ġab fuq pajjiżna gvern li jagħti l-kenn lill-politiċi li jkunu nkixfu li huma korrotti, għadu ma ntesiex. Dan l-iskandlu għadu fiċ-ċentru tal-aħbarijiet. Ta' min isemmi li dan ir-rapport tad-DW ifakkar f'dak li kien stqarr Edward Scicluna. Stqarrija li baqgħet [...]

Iwaħħal f’ħaddieħor biex igħatti xturu

By
2019-03-29T11:41:58+02:00Mon, 25th Mar '19, 16:33|

Adrian Delia u l-klikka ta' madwaru li, milli jidher, tinsab immexxija minn Pierre Portelli, mgħejjuna minn Pierre Portelli u tinkludi lil Pierre Portelli, lil Pierre Portelli u lil Pierre Portelli u li għandha lil Pierre Portelli bħala segretarju — xena stramba li bla ma trid tfakkrek xi ftit f'Being John Malkovich — issa għandha f'ħoġorha [...]

Il-ħama ta’ Soho

By
2019-03-25T15:11:35+02:00Sun, 24th Mar '19, 08:42|

L-ispjegazzjonijiet li ta Adrian Delia dwar l-involviment tiegħu fil-kwistjoni tal-ħasil ta' flus b'rabta mal-istorja dwar il-briedel f'Soho inbidlu mal-medda taż-żmien: minn ċaħda kategorika li kien wettaq l-illegalitajiet sa spjegazzjoni ta' dettalji li proprju issa raw id-dawl tax-xemx. Għall-ewwel, lil Daphne Caruana Galizia - li kienet hi li xandret l-istorja -  kien sempliċement qalilha li: ‘ma [...]

Se jagħmlu biss dak li jaqbel lilhom

By
2019-03-25T15:10:55+02:00Fri, 22nd Mar '19, 12:21|

L-istqarrija tal-bieraħ ta' Owen Bonnici ma tħalli ebda dubju fl-imħuħ li l-gvern se jagħmel minn kollox biex ikompli jsaħħaħ ir-riedni tas-setgħa f'idejh. U l-gvern bi ħsiebu jserraħ fuq il-koperazzjoni mansa tal-oppożizzjoni għaliex biex iwettaq it-tibdiliet li qed jipproponi - jew, biex inkunu ċari, il-ħjiel vag dwar tibdiliet li ssemmew waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-bieraħ - ikun [...]

Ħadma bizzilla?

By
2019-03-22T11:25:38+02:00Thu, 21st Mar '19, 14:46|

Ħabat tajjeb li l-amministrazzjoni tal-qrati tagħna ma tqabbditx biex torganizza il-vjaġġ li jmiss lejn il-qamar. Ejjew naraw ftit x'inhuma l-fatti. Numru ta' xhieda li riedu jikkonfermaw li Neville Gafà kien ixxaħħam biex iħarġulhom viżi mediċi, b'riskju personali għalihom, ivvjaġġaw lejn il-qorti ta' Tripli biex jixhdu f'kawża li qed issir hawn Malta. Suppost kellhom jagħtu x-xhieda [...]

Il-koppja Dalli

By
2019-03-21T07:16:28+02:00Wed, 20th Mar '19, 13:34|

Ir-raġel ta' Helena Dalli m'huwiex jaċċetta sentenza tal-Qorti tal-Appell li permezz tagħha ġie deċiż li Caroline Muscat ma kinitx illibellatu meta kienet xandret rapport investigattiv fit-Times of Malta dwar xogħlijiet li kienu saru f'proprjetà tiegħu. Sentenza tal-Qorti tal-Appell għandha tkun waħda aħħarija, iżda r-raġel ta' Helena Dalli ma jridx iċedi u llum ippreżenta protest ġudizzjarju kontra [...]

The Italian Insider: l-azzjonijiet totalitarji tal-gvern Malti

By
2019-03-20T12:46:49+02:00Tue, 19th Mar '19, 12:41|

John Philips, korrispondent veteran f'Ruma għal ġurnali Britanniċi li llum jikteb fil-ġurnal bl-Ingliż imxandar fl-Italja The Italian Insider kien f'Malta fi tmiem il-ġimgħa biex jirrapporta dwar il-velja li saret biex jitfakkar is-17 il-xahar mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Idħlu fil-link għall-artiklu tiegħu. Aqraw x'kiteb hawn: "Bis-saħħa ta' azzjoni li tixbaħ dak li kienu jagħmlu r-reġimi [...]

Inkjesta pubblika hi meħtieġa

By
2019-03-20T12:46:02+02:00Tue, 19th Mar '19, 07:25|

Il-Ħadd li għadda f'The Shift News Ranier Fsadni kellu raġun biex ibiegħ meta kiteb li ma jaqbilx ma' min isostni li l-gvern kuljum ineħħi l-fjuri u x-xemgħat minn mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta għax irid jipprova jnessi l-fatt li għad hemm għadd ta' mistoqsijiet mhux imwieġba dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. X'aktarx li r-raġuni [...]

Evarist Bartolo s-salvatur tad-dinja

By
2019-03-20T12:44:50+02:00Fri, 15th Mar '19, 14:13|

Grupp ta' tfal tal-iskola Maltin illum ingħaqdu ma' sħabhom minn madwar id-dinja biex jipprotestaw kontra n-nuqqas ta' azzjoni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Lil dawk li huma fis-setgħa, dawn l-istudenti riedu jwasslulhom il-messaġġ biex iħeġġuhom jiċċaqalqu minnufiħ u mingħajr aktar telf ta' żmien biex jiġi evitat diżastru ambjentali. Illum Evarist Bartolo ħa ħsieb biex jidher fl-ewwel [...]

U ejja!

By
2019-03-14T15:33:07+02:00Wed, 13th Mar '19, 19:25|

Dawn x'affarijiet huma? Ħaġa bħal din għandha tgħin jew iġġiegħel lin-nies jagħżlu favur min għandu jmur il-vot tagħhom? Filwaqt li hemm ħafna u ħafna x'wieħed jikkritika f'Edward Scicluna, taħsbu li b'attività bħal din in-nies ser ikollha seba' mitt sena biex lil Kristy Debono taraha mlaħħqa bħala Ministru tal-Finanzi?

Dawra durella lejn Damasku

By
2019-03-14T10:26:55+02:00Sun, 10th Mar '19, 15:34|

Issa dar dawra durella. Meta Adrian Delia kien beda' t-triq tiegħu, qalilna li l-PN kien iffissa fuq il-korruzzjoni għaliex Daphne Caruana Galizia kellha ħakma fuq il-Partit. Kien qalilna wkoll li taħt il-ħakma tagħha u taħt it-tmexxija dgħajjfa ta' Simon Busuttil, il-PN kien inqata' għal kollox mill-"kwistjonijet li jolqtu lin-nies fil-laħam il-ħaj". Qalilna li l-Partit kien [...]

Issa jrid li jkun hemm termini ta’ żmien

By
2019-03-14T10:24:49+02:00Sat, 9th Mar '19, 13:12|

Joseph Muscat bħal donnu jkun iridna nemmnuh meta jgħid li dawk il-politiċi li moħħhom biss li jibqħu ggranfati mas-siġġu tal-poter issa qed ixebbgħuh u ħareġ bl-idea li persuna m'għandhiex isservi fil-Parlament għal aktar minn 20 sena. Qal ukoll li min jinħatar Prim Ministru għandu jagħmel il-wisgħa għal ħaddieħor fi żmien 10 snin. Wieħed dejjem jkun [...]

Ħalliel jirrappreżenta gvern tal-ħallelin f’università tal-ħallelin

By
2019-03-14T10:23:07+02:00Fri, 8th Mar '19, 16:56|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan il-filmat imxandar mit-Times of Malta fejn il-ġurnalist Ivan Camilleri jinstema' jfakkar lil Joseph Muscat li l-Prim Ministru tagħna qed jagħżel li jevita lill-membri tal-istampa bħallikieku dawn għandhom il-pesta. Għaliex il-verità hi li għadhom jeżistu ġurnalisti li ma ddakkrux mill-istat kontinwu ta' diżappunt li, fuq medda ta' aktar minn ħames snin, irrenda [...]

Repubblika iddaħħal rikors fil-qorti biex titlob inkjesta dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri

By
2019-03-08T15:49:04+02:00Fri, 8th Mar '19, 15:49|

Din l-istqarrija b'vidjo inħarġet illum minn Repubblika wara li rappreżzentanti tal-organizzazzjoni daħħlu rikors fil-qorti biex jitolbu inkjesta dwar Konrad Mizzi, Keith Schembri, min xtrahom u min għenhom jinxtraw. It-test tal-istqarrija jinsab wara l-vidjo u miegħu ir-rikors u d-dokumentazzjoni li ddaħħlu l-qorti llum. https://youtu.be/ATRzdRL1H5g Aħna ta’ Repubblika llum għamilna rikors fil-Qorti biex nitolbu li ssir [...]

Il-President m’għandux jidħol f’kontroversji: speċjalment dwar tibdil tal-Kostituzzjoni

By
2019-03-06T13:49:31+02:00Wed, 6th Mar '19, 13:49|

Stqarrija tal-lum ta' Repubblika Ftit siegħat qabel in-nomina ta’ George Vella bħala President ta’ Malta, smajna li l-predeċessur tiegħu Marie Louise Coleiro Preca, issospendiet is-sensiela ta’ laqgħat li kienet qed tmexxi ta’ kumitat magħmul minn rappreżentati nnominati minn Joseph Muscat u Adrian Delia biex imexxu tibdiliet għall-Kostituzzjoni. Rapporti fl-aħbarijiet taw x’jinftihem li qabel aċċetta n-nomina, [...]