L-għaqdiet tan-negozji u ta’ min iħaddem juru l-għadab tagħhom għall-korruzzjoni fil-kuntratti pubbliċi
Il-korruzzjoni fl-offerti pubbliċi “qed toqtol il-fiduċja fin-negozju a skapitu ta' dawk il-kumpanniji li jħarsu l-liġijiet u a skapitu tal-ħaddiema tagħhom,” skont l-għaqdiet tan-negozji u ta' min iħaddem. Fi stqarrijiet separati, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Għaqda ta' Min Iħaddem (MEA) esprimew “l-għadab” tagħhom għad-deċiżjoni tal-gvern jbiddel ħesrem ir-regoli f'dawk li huma proċessi ta' għażla ta' kuntratti kbar. [...]