Kummiedja fil-Qorti à la Konrad Mizzi

By
2019-04-23T21:07:56+02:00Tue, 23rd Apr '19, 16:41|

Illum il-Qorti Kostituzzjonali fetħet fil-ferjat tal-Għid biex tisma' talba "urġenti" li ġiet preżentata minn Konrad Mizzi 15 il-minuta qabel l-għeluq tar-reġistru tal-Qorti għall-waqfa tal-festi. Dawn il-praspar, Konrad Mizzi jinqala' għalihom. Ħmistax il-minuta qabel l-aħħar waqfa tal-Milied, huwa ppreżenta waħda mit-talbiet tiegħu biex iħares id-drittijiet tiegħu, liema talba spiċċa warrabha ftit żmien wara. Fi żmien ftit [...]