Repubblika: Nhar it-Tnejn inkunu hemm

By
2019-04-25T19:21:32+02:00Thu, 25th Apr '19, 19:21|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika hi grata li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili laqgħet it-talba tagħha li r-rikors li daħħlet dal-għodu biex il-gvern jitwaqqaf milli jaħtar Imħallfin u Maġistrati ġodda sakemm idaħħal ir-riformi li esiġiet il-Kummissjoni Venezja jinstema’ b’urġenza. Fil-fatt il-Qorti dal-għodu ordnat li l-gvern iwieġeb l-argumenti ta’ Repubblika s’għada fil-għaxija biex il-każ jibda jinstema fil-Qorti nhar it-Tnejn [...]

Nhar it-Tnejn il-Qorti se tisma’ rikors b’talba li jitwaqqaf il-proċess tal-ħatriet tal-ġudikanti. Il-President xorta waħda bi ħsiebu jippresiedi ċ-ċerimonja tal-ħatra tal-ġudikanti illum wara nofsinhar?

By
2019-04-25T15:30:07+02:00Thu, 25th Apr '19, 13:57|

L-Imħallef Mark Chetcuti iffissa għal nhar it-Tnejn is-smiegħ tar-rikors li ppreżentat Repubblika biex jitwaqqaf il-proċess tal-ħatriet tal-ġudikanti sakemm jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja. Il-Qorti ordnat li l-gvern għandu jiġi notifikat b'dan id-digriet immedjatament. Madankollu, jidher li l-President ta' Malta George Vella ser jippresjiedi fuq il-ġuramenti tal-ħatra tal-ġudikanti l-ġodda illum wara nofsinhar fit-3.00. Dan ikun ifisser [...]

Iżellqu l-ħatriet

By
2019-04-25T15:29:14+02:00Thu, 25th Apr '19, 12:08|

F'pajjiż demokratiku li jiffunzjona kif suppost, l-okkażjoni tal-ħatra ta' mħallfin għandha tkun waħda ta' ferħ u ta' ċelebrazzjoni. Madankollu esperti magħrufa minn madwar id-dinja qalu li l-metodu li permezz tiegħu jingħażlu l-imħallfin jindika li d-demokrazija ta' pajjiżna hi waħda falluta. Il-gvern fin il-fehma qabel magħha u għamilha tiegħu u wiegħed li jibdel is-sistema. Qabel ukoll [...]

Repubblika titlob lill-Qorti tordna lill-Gvern iwaqqaf il-ħatriet tal-imħallfin

By
2019-04-25T11:46:34+02:00Thu, 25th Apr '19, 11:17|

Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika dal-għodu daħħlet rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn talbet lill-Qorti tordna lill-Gvern biex jieqaf milli jaħtar Imħallfin u Maġistrati ġodda sakemm jibdel is-sistema tal-għażla tal-ġudikanti b’mod li jassigura l-Indipendenza tal-Ġudikatura. Il-Gvern, fi stqarrijiet pubbliċi, diġà irrikonoxxa dak li qalet il-Kummissjoni Venezja li s-sistema preżenti kif jintgħażlu l-imħallfin tfisser li l-ġudikatura m’hix [...]