Ma ngħaġġlux

By
2019-04-17T09:15:54+02:00Mon, 15th Apr '19, 17:47|

Il-gvern għandu l-ħabta jwissina biex ma ngħaġġlux meta niġu biex niġġudikaw. Kienet motivata minn preġudizzji razzjali l-isparatura li seħħet il-ġimgħa li għaddiet f'Birżebbuġa? Qalulna li nkunu "irresponsabbli" jekk nippruvaw inwieġbu għal din il-mistoqsija qabel ħaġa bħal din tiġi aċċertata mill-investigaturi. Din m'hi xejn ħlief tarka oħra ta' difiża li qed jinħeba warajha l-gvern biex il-verità [...]

Ipokresija sfaċċata

By
2019-04-16T08:13:50+02:00Mon, 15th Apr '19, 13:45|

Għalkemm il-bieraħ il-Prim Ministru għamel ħiltu kollha biex jinstema' loġiku, ħassrulu l-festi n-numru kbir ta' kontradizzjonijiet u nkonsistenzi kontinwi li wera' tul is-snin. B'ironija liema bħalha, huwa qal li ma jistax jissaporti aktar l-ipokresiji ta' wħud u dan minkejja l-fatt li l-ipokresiji tiegħu ilhom jiddominaw ġmielhom. Huwa lmenta dwar dawk l-Insara li jxejjru l-Bibbja, li [...]

Titlu li jitkellem waħdu

By
2019-04-15T17:51:39+02:00Mon, 15th Apr '19, 11:04|

Tajjeb jew ħażin, tal-PN ġabu lilhom infushom f'konfront dirett mal-istampa indipendenti. Il-ftit kittieba li fadal li jappoġġjawhom, jew jaħdmu magħhom jew inkella jaħdmu għal tal-Labour ma' min għandhom diversi interessi komuni. Meta jitkellem għalik Saviour Balzan, kun ċert li ma jkunx fadallek ħafna żmien tixref fil-wiċċ. Meta tat-Times of Malta jiktbu editorjal b'titlu li jqiegħdek [...]