Repubblika bi protest ġudizzjarju: Waqqfu l-ħatriet ġustizzja sakemm issir riforma
Stqarrija ta' Repubblika: Repubblika għamlet protesta ġudizzjarja fil-Qorti fejn talbet li l-Gvern jiffriża l-ħatriet u l-promozzjonijiet fil-ġudikatura sakemm jittieħdu sew miżuri li jassiguraw indipendenza ġudizzjarja. L-indipendenza ġudizzjarja mhijiex biss dritt tal-imħallfin. Hi dritt uman ta’ kull wieħed u waħda minna, imħares mill-Konvenzjoni Ewropea, li jiggarantilna smiegħ xieraq imħares mill-indħil politiku. Il-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa sabet [...]