Comical Ali u d-dikjarazzjonijiet tal-Mosta u ta’ Raħal Ġdid

By
2019-06-17T08:13:47+02:00Fri, 14th Jun '19, 18:50|

Il-kumitati sezzjonali tal-PN tal-Mosta u ta' Raħal Ġdid xandru dikjarazzjonijiet li permezz tagħhom ikkritikaw it-tmexxija tal-partit u talbu li, minflok toqgħod tispjega r-raġunijiet għat-telfiet elettorali riċenti, għandha terfa' r-responsabbiltà għal dan id-diżastru. Dawn id-dikjarazzjonijiet segwew il-protesti li saru mill-attivisti Għawdxin wara l-attentat li sar biex jitwarrab Kevin Cutajar biex b'hekk ikun jista' jinqeda' il-mimmi t'għajnejn [...]

Bla saqaf grazzi għan-nuqqas ta’ azzjoni tal-Istat

By
2019-06-17T08:14:50+02:00Fri, 14th Jun '19, 17:42|

Il-Prim Ministru l-bieraħ ħareġ ordni rjali biex jieqaf kull tħammil ta' art u twaqqiegħ ta' bini sakemm issir reviżjoni tar-regolamenti li, skont hu, huma l-kaġun tal-kroll ta' binjiet. Mill-bieraħ 'l hawn il-Facebook imtela' b'ħafna kummenti dwar din l-ordni u dwar l-assurdità tagħha. Din kienet ir-raġuni għala l-ordnijiet rjali kienu ġew aboliti mir-Rivoluzzjoni Franċiża u flokhom [...]

Iż-żewġ perċimes

By
2019-06-17T08:13:04+02:00Fri, 14th Jun '19, 11:16|

It-tmexxija tal-PN tinsab f'dagħdiha ta' firda politika. Meta l-membri parlamentari jirrikorru għall-WhatsApp groups jew għall-Facebook biex jesprimu n-nuqqas ta' qbil tagħhom mal-linja tat-tmexxija tal-partit, hemm min isostni li jinħolqu l-fazzjonijiet. Dan m'huwiex neċessarjament il-każ: b'imġieba bħal din jkunu qed jiżfugaw is-sens ta' disperazzjoni tagħhom minħabba malintiżi, nuqqas ta' fiduċja u nuqqas ta' komunikazzjoni. Ir-reazzjoni tat-tmexxija [...]

Go to Top