Joseph “Comical Ali” Muscat: il-BoV ma tistax tinnegozja bid-Dollari Amerikani għax sejra tajjeb.

By
2019-06-17T19:01:04+02:00Mon, 17th Jun '19, 16:35|

Joseph Muscat qal li l-fatt li l-Bank of Valletta issa ġie projbit milli jinnegozja bid-dollaru Amerikan ifisser li l-bank sejjer tajjeb. X'ried jgħid biha din l-istqarrija jien ma nafx. U għax ma nafx, lill-Prim Ministru se nistaqsih mistoqsija supplimentari: li kieku l-BOV ma kienx sejjer tajjeb, kien jistenna' li l-bank jibqa' jżomm miegħu l-banek korrispondenti [...]

L-istorja dwar Soho

By
2019-06-17T16:02:58+02:00Mon, 17th Jun '19, 09:23|

Adrian Delia reġa' għandu ma' wiċċu allegazzjonijiet ġodda. Din id-darba qed jiġi mixli li gideb dwar firem awtentiċi tiegħu u li qal li kienu ġew falsifikati, biex b'hekk spiċċa għamel frame-up fuq oħt il-mexxej ta' qablu fuq reat kriminali ineżistenti. Dawn huma allegazzjonijiet li saru mill-eks sieħeb fin-negozju tiegħu Kris Bajada li, fl-aħjar ipotesi, għandu [...]

Il-bigottiżmu ta’ Maurice Mizzi

By
2019-06-17T16:37:25+02:00Mon, 17th Jun '19, 07:52|

Maurice Mizzi m'għadux il-gwardjan tal-ġenerazzjonijiet tal-futur. Titlu vojt li fil-fatt ma jfisser xejn. Għalkemm kien ġie maħtur bħala għassies b'ittra mingħand Josè Herrera, jien qatt ma rajtu jgħasses xejn. Dan huwa is-sinjurun li m'għandux ħwejjeġ biex jehda ħlief li joqgħod isemmagħlna l-fehmiet preġudikati u bigotti tiegħu filwaqt li jitmaxtar fit-tifħir tal-gvern li jiffinanzja u fl-istess [...]

Go to Top