Bħalissa teżisti babilonja sħiħa u l-fergħat tiegħu – dawk li m’humiex taħt il-kontroll ta’ Jean Pierre Debono  – wieħed wara l-ieħor ħarġu kontra d-dħul tiegħu fil-Parlament. Il-Viċi Kap Robert Arrigo uża kliem iebes ħafna biex fisser il-karattri ta’ Jean Pierre Debono u ta’ martu Kristy. “Dawn m’humiex ngħaġ,” kiteb Arrigo. “Dawk ilpup”.

Il-membri parlamentari kif ukoll l-ewroparlamentari bdew isemmgħu leħinhom, u wħud minnhom faħħru l-pass li ħa Mark Anthony Sammut meta rriżenja minn President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN f’nods dan id-diżgwid kollu.  Therese Commodini Cachia u Claudette Buttigieg kitbu li “issa żżejjed,” u kkundannaw “il-gideb, il-qerq u mġieba kundannabbli”. L-ewroparlamentari David Casa faħħar l-eżempju ta’ Mark Anthony Sammut.

Il-fergħa taż-żgħażagħ tal-PN — il-MŻPN — qal li s-sitwazzjoni fil-PN “m’għadhiex tenibbli” u talab l-irfiegħ tar-responsabbiltà politika. U l-fergħa tal-professjonisti — il-FPPN — tkellmet dwar id-dmir ta’ kull min għandu kariga fil-partit li juri “fehemtu bla biża”.

Adrian Delia u l-klikka tiegħu qatt ma kienu daqstant iżolati.