Minn diversi għejjun smajt li li l-kelliem ewlieni tal-gvern Kurt Farrugia se jdabbar rasu minn Kastilja biex imexxi l-Malta Enterprise, l-aġenzija tal-gvern dwar l-investiment barrani.

Kurt Farrugia mill-bidu nett kien persuna ewlenija fl-amministrazzjoni ta’ Joseph Muscat. Kien ukoll l-uniku bniedem li kien ġie fdat minn Joseph Muscat biex jakkumpanjah għal laqgħat f’Baku ma’ Ilham Aliyev tal-Ażerbajġan minbarra s-sidien tal-kumpanniji sigrieti tal-Panama Keith Schembri, ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Chief u Konrad Mizzi, il-ministru tal-enerġija.

It-tluq ta’ Kurt Farrugia minn Kastilja tindika li Joseph Muscat stess qed iħejji biex idabbar rasu hu wkoll.