Illum ixxandru żewġ intervisti online fuq il-ġurnali. It-Times of Malta intervistat lil Adrian Delia, filwaqt li The Malta Independent intervistat lil Mark Anthony Sammut.

Segwuhom it-tnejn.

F’dawn l-aħħar ġranet, is-suġġetti li tkellmu dwarhom diġà ġew ittrattati b’mod estensiv fl-istampa kif ukoll minn din il-website. U l-ġurnali online stess ipprovdew sunt tal-intervisti li xandru.

Dan li qed nikteb mhux daqstant dwar x’qalu milli dwar il-mod li bih qaluh.

Nixtieq inżid biss ħaġa waħda. Wieħed minn dawk li ġew intervistati huwa l-kap tal-Oppożizzjoni. L-ieħor huwa kunsillier fuq il-kunsill lokali tal-Gudja.

Bir-rispett kollu lejn il-komunità Gudjana — u dawn ċertament jistħoqqilhom ir-rispett kollu mmaġinabbli — dan il-pajjiż bla dubju kien ikun f’sitwazzjoni ferm aħjar li kieku dawn it-tnejn għamlu tpartit tar-rwoli rispettivi tagħhom.