Kampjun tal-online trolling tal-id il-leminija ta’ AD

By
2019-07-20T07:17:03+02:00Wed, 17th Jul '19, 18:15|

Agħtu daqqa t'għajn lejn din l-istorja mxandra dalgħodu dwar Julian Micallef, bniedem li huwa meqjus bħala l-id il-leminija ta' Adrian Delia. Julian Micallef u Adrian Delia ilhom jafu lil xulxin żmien twil. Eżatt bħal Adrian Delia, Julian Micallef qatt ma kellu rabtiet mal-PN. Kull min kien jafu f'żogħżitu, jafu bħala persuna li kien jappoġġja lill-Partit [...]

Il-kumpens li ordnat il-qorti, Johann Buttigieg ser iħallsu minn butu?

By
2019-07-17T18:25:44+02:00Wed, 17th Jul '19, 11:30|

Skont is-sentenza li nqatgħet il-bieraħ mill-Qorti Kostituzzjonali, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet kisret id-drittijiet fundamentali tal-familja Caruana Galizia meta għal darba darbtejn neħħiet strixxun li huma tellgħu mal-proprjetà tagħhom stess u li fih talbu li jiġu magħrufa l-fatti wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Mill-proċess tal-qorti jirriżulta li kien Johann Buttigieg, chairman eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, li kien [...]

Adrian Delia “għamel l-arja, għajjat u sabbat” iżda ma setax iwaqqaf mozzjoni ta’ sfiduċja fit-tmexxija tiegħu

By
2019-07-17T13:23:18+02:00Wed, 17th Jul '19, 10:14|

Membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN li kienu preżenti għal laqgħa tal-bieraħ tkellmu miegħi dwar Adrian Delia li jinsab taħt pressjoni u dwar l-imġieba tiegħu mimlija rabja u stmerrija fil-konfront tal-kritiċi tiegħu. Il-laqgħa tal-bieraħ filgħaxija ssejjħet mill-President il-ġdid tal-Kumitat Eżekuttiv Alex Perici Calascione u dan wara li qamet kwistjoni dwar kif kellhom jitfasslu l-kliem tal-mozzjoni li għandha [...]

L-“id il-leminija” ta’ Adrian Delia mixli li qabbad galoppin biex jispjuna fuq mart il-kap tal-PN u li għamel użu ta’ profili foloz biex jagħti fastidju lil deputati tal-PN

By
2019-07-20T07:19:04+02:00Wed, 17th Jul '19, 09:46|

Julian Micallef Julian Micallef, eks-xufier tal-Kap tal-PN u issa magħruf bħala l-"id il-leminija" ta' Adrian Delia, ġie mixli minn attivist tal-PN li għamel arranġamenti biex mart Adrian Delia, Nickie Vella de Fremaux, tiġi segwita u jinġibdu videos fuqha minn wara darha. Ix-xilja saret permezz ta' dikjarazzjoni ffirmata mibgħuta lill-kap tal-partit Adrian Delia. F'din [...]

Go to Top