Bosta kienu dawk li basru l-inkwiet finanzjarju li kien qed jistieden Adrian Delia. Ħlief hu.
Ftit huma dawk li skantaw hekk kif feġġet l-aħbar li Adrian Delia għandu ma' wiċċu problemi finanzjarji serji ħafna. Ilhom ifeġġu mistoqsijiet dwar kif inhu possibbli li jiffinanzja l-livell tal-għajxien tiegħu u l-impenji tiegħu bil-paga li għandu ta' Kap tal-Oppożizzjoni mħallsa mill-Istat. Fis-7 ta' Jannar it-Times of Malta tkellem dwar id-disparità qawwija bejn id-dħul kull [...]