Julian Micallef u Adrian Delia ilhom jafu lil xulxin żmien twil. Eżatt bħal Adrian Delia, Julian Micallef qatt ma kellu rabtiet mal-PN. Kull min kien jafu f’żogħżitu, jafu bħala persuna li kien jappoġġja lill-Partit Laburista.
Julian Micallef fl-imgħoddi kien jilgħab il-football mal-iskwadra Karkariża u kien mill-klabb tal-football ta’ Birkirkara li mbagħad segwa lil Adrian Delia. Għejjun li kienu midħla ta’ Birkirkara FC qabel Adrian Delia leħaq President qaluli li fost il-membri tal-kumitat Julian Micallef kellu reputazzjoni li ma tajba xejn.
Madankollu fiż-żmien li Adrian Delia għamel bħala President, Julian Micallef sar parti importanti mill-klikka ta’ madwaru. U tul iż-żmien tal-kampanja għal kap tal-PN, kien ix-xufier tiegħu. Daphne Caruana Galizia kienet kitbet li li, flimkein ma’ Jean Pierre Debono, huwa ħa ħsieb il-voluntiera li għenu fil-kampanja ta’ Adrian Delia.
Minn dakinhar ‘l hawn, ta’ sikwit ikun fid-Dar Ċentrali tal-PN u sa tard bil-lejl xi drabi jibqa’ jistenna lil Adrian Delia bsakemm dan joħroġ mill-uffiċċju tiegħu. Kien hemm ukoll drabi meta akkumpanja lil Adrian Delia fil-qorti meta jkollu seduta fil-kawża ta’ separazzjoni li qed tagħmel martu Nickie Vella de Fremeaux.
F’dikjarazzjoni li għamel dalgħodu bniedem li sa ftit ilu kien midħla sewwa tal-kampanja li qed jagħmel Adrian Delia biex jibqa’ kap tal-PN, Julian Micallef issemma’ bħala l-awtur ta’ diversi posts li jidhru fil-Facebook taħt numru ta’ fake profiles. Wieħed minn dawn il-fake profiles kien John Formosa. Dan li ġej huwa kampjun ta’ posts li xxandru fil-Facebook taħt l-isem ‘John Formosa’.
Il-paġna tal-Facebook ta’ ‘John Formosa’ m’hi xejn ħlief inventarju tad-diskorsi u l-attivitajiet pubbliċi ta’ Adrian Delia.