L-uniformi libbsuha lill-kriminali
Minn sondaġġ li kien tnieda fil-ħarifa tal-2018, lill-Eurobarometer irriżultalu li 68% tal-Maltin għandhom fiduċja fil-korp tal-pulizija. Il-korp tal-pulizija għalhekk kien it-tieni istituzzjoni l-aktar fdata (flimkien mal-amministrazzjoni pubblika), fdata saħansitra aktar mill-kunsilli lokali (64%), mill-parlament (59%), mill-Unjoni Ewropea (56%) u ferm aktar mill-partiti politiċi (36%), mill-ġurnali (32%) u mis-social networks elettroniċi (24%). L-armata hi l-unika istituzzjoni [...]