Robert Abela jeħtieġ li jħabrek aktar. Ħafna aktar
Il-prim ministru jeħtieġ iħabrek aktar. Issa mhux imbagħad. Għal bosta ġranet, il-prim ministru baqa' lura milli jkellem lill-poplu. Mhux biżżejjed li jagħmel trasmissjoni minn fuq ir-radju tal-Partit Laburista. Meta jagħżel li jagħmel xandira permezz tal-mezzi tax-xandir ta' partit politiku, ikun qed jaqsamna f'tribuwijiet differenti meta dan huwa żmien li fih jeħtieġ li ningħaqdu, li nkunu [...]