Dan it-tweet jinkwadra numru żgħir ta’ sindki Taljani f’dagħdigħa huma u jippruvaw iġiegħlu lin-nies tintebaħ li jista’ jmiss lilha wara li madwar 5,600 ruħ diġà mietu bil-marda tal-coronavirus.

Wieħed mis-sindki jilmenta dwar dawk li qed jibgħatu għall-hairdresser tagħhom biex tmur f’darhom sabiex tagħmilhom xagħarhom minħabba l-fatt li l-ħwienet tax-xagħar diġà ilhom magħluqin ħmistax.

“X’mingħalik ser tagħmel billi tibgħat għall-hairdresser biex tiġik id-dar? Jaqaw m’intix tifhem li l-għatu tat-tebut ser ikun magħluq? Taħseb li ser ikun hemm min ser joqgħod jittawwallek minn taħt l-għatu tat-tebut?”

Meta jerġa’ jasal żmien iċ-ċajt, ċerti persuni faċilment jistgħu jingħataw id-Darwin Awards b’rikonoxximnet għall-kontribut tagħhom għall-evoluzzjoni tal-bniedem minħabba l-azzjonijiet esklussivi li jkunu ħadu.

U premju speċjali jmur għal dawk il-membri parlamentari li, permezz tal-esklużjoni tagħhom stess, jagħtu l-kontribut għaref tagħhom għat-titjib fil-livell intellettwali tal-parlament tagħna.

Hawn għandna lil Etienne Grech: membru parlamentari u tabib. Persuna li għandu sens ta’ umoriżmu li bħalissa m’għandniex x’nambuh.