Qed jippruvaw igħattu x-xemx bl-għarbiel
Il-gvern jidher li skanta bir-reazzjoni li kien hemm madwar id-dinja għall-aħbar li Charles Mercieca kien irriżenja mill-impjieg tiegħu ta' prosekutur mal-Avukat Ġenerali biex l-għada stess ingħaqad mal-avukati tad-difiża ta' Yorgen Fenech. Il-gvern ma messu skanta xejn u kellu jintebaħ mill-ewwel x'reazzjoni ta' tbelliegħ kien ser ikun hemm wara li seħħet kawlata oħra bħal din. Iżda l-gvern [...]