Robert Abela jiżfen fin-nofs
Ma kienx Robert Abela li ħa d-deċiżjoni li titnieda nkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-fatt ma kienitx deċiżjoni li ħadha xi ħadd. Kienet biss ċessjoni tal-armi wara sentejn sħaħ ta' reżistenza mill-gvern li baqa' jirrifjuta li jniedi l-inkjesta minkejja s-sejħiet li kienu sarulu mill-familja tal-vittma, minn dawk li ħarġu jipprotestaw fit-toroq, mill-istampa minn [...]