Robert Abela qabeż darbtejn
Fi spazju ta’ 24 siegħa, Robert Abela darbtejn qabeż il-limiti tas-setgħa li għandu bħala prim ministru u dan bil-għan li jħares l-interessi politiċi u l-interessi personali tal-mexxej ta’ qablu. Jidher ċar li l-interessi ta’ Joseph Muscat u l-interessi politiċi ta’ Robert Abela huma ħaġa waħda u ma jistgħux jinfirdu minn xulxin. Jekk Joseph Muscat jiġi personalment mixli dwar it-twettiq ta’ delitti jew jiġi dikjarat responsabbli [...]