L-Avukat Ġenerali llum irċieva ordni mill-qorti sabiex jiġi ffriżat il-ġid kollu ta’ Keith Schembri, dak li kien iċ-chief of staff ta’ Joseph Muscat. L-ordni tgħodd ukoll għall-ġid ta’ martu, il-ġenituri tiegħu u l-familja tiegħu, il-kumpanniji kollha li għandu li jiffurmaw parti mill-Kasco Group, għal Brian Tonna ta’ Nexia BT u diversi mpjegati li jaħdmu ma’ din id-ditta.

Il-qorti ħarġet din l-ordni llum u ordnat numru lil kbir ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji biex jiffriżaw il-ġid tal-accountants ta’ Keith Schembri sakemm tinħareġ ordni oħra.

L-ordni tal-qorti tifforma parti minn investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus u x’aktarx tfisser li Keith Schembri ser jiġi mixli dalwaqt dwar ħasil ta’ flus maħmuġin.