Disprezz istituzzjonalizzat
Erġajna koppi. Dan il-gvern jiġi jaqa' u jqum dwar kif tarana d-dinja. Diġà ninsabu f'baħar ta' nkwiet mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal diversi raġunijiet. Kellna żewġ banek li kienu ngħataw liċenzja wara l-2013 li ġew imġiegħla jagħlqu minħabba ħasil persistenti ta' flejjes maħmuġin. U l-pożizzjoni ta' pajjiżna bħala ġurisdizzjoni finanzjarja fil-lista l-bajda issa tinsab imdendla. [...]