Lil Matthew Carbone, l-kelliem ewlieni tal-gvern, il-wiċċ ta’ Robert Abela mal-ġurnalisti, l-propagandist prim u kap tal-komunikazzjonijiet, għadhom kemm ġeddewlu l-kuntratt part-time li għandu.
Għaliex għandkom tifhmu li, iva, il-kelliem ewlieni tal-gvern jeħtieġ u għandu mpjieg part-time u, kif tistgħu timmaġinaw, il-gvern ta’ Malta huwa fost dawk li jħaddmuh.
Huwa membru tal-bord li jifli l-films u jiddeċiedi dwar il-klassifikazzjoni tagħhom. Jidher li l-kelliemi ewlieni tal-gvern huwa fost il-waħdiet li hawn fil-pajjiż li għandhom il-ħila li jgħarblu x’għandhom u x’m’għandhomx jaraw iż-żgħażagħ tagħna biex ma jieħdux xi skandlu għal għomorhom.
Dawn in-nies tassew jinqalgħu għall-buffunati.