Jum mimli bl-ironiji
Il-ġurnalisti semgħu għajta ta' sodisfazzjon ġejja minn naħa tal-Partit Laburista hekk kif ġriet l-aħbar li l-kandidat ribell Charles Azzopardi kien ġie eliminat fl-għadd tal-voti li ntirtu mingħand Edward Scicluna. Mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn, Charles Azzopardi sar membru tal-PN u dan kien ifisser li, kieku ġie elett hu, tal-Labour kienu jitilfu siġġu Parlamentari ieħor wara li [...]