Tgħaffiġ frott il-prużunzjoni ta’ Robert Abela
Jidher li Robert Abela mingħalih li hu xi strateġista prim li jkun dejjem seba' passi quddiem ħaddieħor. Iżda l-kwistjoni dwar Gavin Gulia ġabitu fi frisk li kien messu xammu ġej. L-iskuża li ġab Gavin Gulia talli b'kollox għamel 5 minuti bħala Membru tal-Parlament kienet li l-prim ministru xtaqu jibqa' jmexxi l-Awtorità tat-Turiżmu. Stqarr li ‘l-Prim [...]