Hekk sewwa! Dendlulu midalja ma’ sidru.
Skont il-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-lum Ian Abdilla, l-uffiċjal għoli tal-Pulizija li qagħad jieħu belgħa kafè waqt li, fis-satra tal-lejl, Ali Sadr Hashemi Nejad inkiss inkiss ħareġ provi dokumentati mill-Pilatus Bank, ser jingħata midalja bħala rikonoxximent għas-servizz li ta lin-nazzjon. Daphne Caruana Galizia, li nqatlet waqt li kienet fuq dmirijietha, għadha sal-lum ma ġietx rikonoxxuta mill-Istat. [...]