Dan li ser taqraw ser idardrilkom l-istonku. Iżda m’hu xejn ħlief riflessjoni tal-mera li s-soċjetà tagħna għandha ma’ wiċċha kif ukoll prova tal-falliment tas-sistema edukattiva tagħna. Hi kitba li tfakkarna wkoll li, minkejja l-appelli kollha favur l-għaqda nazzjonali, l-ewwel priorità tagħna bħala bnedmin hi dik li nerfgħu r-responsabbiltajiet tagħna bħala individwi.

Hawn għandna lil ċertu Steve Cauchi li qed isejjaħ biex deputat parlamentari jingħata t-torturi u l-forka.

Ma’ dan is-salvaġġ, jien ma rrid li jkolli xejn x’naqsam, aħseb u ara kemm inħoss li għandi nqisu bħala ċittadin ta’ pajjiżi.