Il-ġurnalisti jqabbżuha lid-“difensur tal-ġurnalisti”
Matul konferenza stampa riċenti qabel dik tal-bieraħ, il-prim ministru kien stqarr li jqis lilu nnifsu bħala l-anġlu kustodju tal-libertà ġurnalistika. “Inwiegħed li nkun id-difensur tal-ġurnalisti kollha” qal lill-udjenza li kellu quddiemu. Dan id-diskors qalu lejn l-aħħar ta' Jannar, ftit aktar minn xahar ilu. Il-bieraħ deher li qabżitlu meta Tim Diacono tal-Lovin Malta staqsieh jekk kienx [...]