“M’hawn ħadd fil-pajjiż li jinsab konvint li ttieħdu passi kontra kull min kien imdaħħal fil-każ”.
Hekk stqarr darbtejn illum fil-qorti d-Deputat Avukat Ġenerali fil-proċess kriminali kontra Yorgen Fenech. Diskors bħal dan ta' min li wieħed jixtarru. Kif spjega llum l-Ispettur Keith Arnaud, ir-rimarka li kien għadda l-Kummissarju Angelo Gafà dakinhar li kienu ġew arrestati l-aħwa tal-Maksar u Jamie Vella, ma tistax ħlief tinftiehem li l-Pulizija għad għandha għalxiex tibqa' tinvestiga [...]