Jinqalgħu ħafna għat-teatrini

By
2021-05-18T11:31:10+02:00Tue, 18th May '21, 09:04|

Hekk kif iddaħħlet mill-ġdid fil-kabinett tal-ministri ftit xhur wara li kienet warrbet minħabba ż-żwieġ tossiku li kellha ma' dak li kien id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija, l-iskreditat Silvio Valletta, Justyne Caruana reġgħet sabet ruħħa fl-aħbarijiet. Ftit jiem wara li reġgħet inħatret, il-prim ministru taha ordni biex tħassar kuntratt li kienet tat lil Daniel Bogdanovic, eks player tal-futbol [...]