Ma tridx wisq għerf biex tintebaħ min qed igawdi mid-dewmien f’kawżi li għandhom bixra politika

By
2021-05-29T09:58:22+02:00Fri, 28th May '21, 10:49|

Bosta huma dawk li jiftakru li fl-2010, jiġifieri 11 il-sena ilu, ġgajta ta' ħallelin kienet għamlet attentat biex tisraq mill-kwartier tal-HSBC f'Ħal Qormi. Dakinhar kienu ġew sparati 60 tir. Ma kienitx ġrajja li wieħed jinsieha kif ġieb u leħaq. Matul dik is-sena stess, Ċensu Muscat il-Koħħu u Darren Debono it-Tôpo (mhux Darren Debono l-coach tal-futbol, [...]