It-Times of Malta llum irrappurtat li l-bieraħ fil-Każin tal-Banda ta’ San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ ir-regolamenti ta’ kontra l-imxijja Covid-19  kienu qed jinkisru fil-preżenza ta’ Ian Borg. U dan minnufih wieġeb li Bernard Grech kien preżenti wkoll. Eh, ma jimpurtax mela!

Agħtu daqqa t’għajn lejn ir-ritratt ta’ hawn taħt. Fuq ix-xellug jidher Alfred Grixti, eks-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ u hekk imsejjaħ Segretarju Edukattiv tal-Partit Laburista. Bħalissa jaħdem bħala uffiċjal għoli tal-gvern bħala “person of trust“.

Nissoponi li dan hu li jrid ifisser bil-kelma “edukazzjoni”.