Ma nħallux it-teatrini jaljenawna
Konrad Mizzi qed jipprova jaħrab milli jwieġeb mistoqsijiet skomdi. Waqt l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne kemm-il darba rrepeta l-kliem: “nagħżel li ma nweġibx”, ħaġa li kellu dritt jagħmel għaliex ebda xhud ma jista' jiġi mġiegħel jinkrimina ruħu. Illum ħabbar li ma kienx biħsiebu jattendi l-laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi li talbu jwieġeb mistoqsijiet dwar il-kuntratt [...]