Ser ikun ħaqqna dak li hemm lest għalina?
L-istorja ewlenija tal-lum tat-Times of Malta dwar id-diskors tal-bieraħ ta' Robert Abela hi verżjoni kemxejn inqas ironika ta' dak li ktibt jien dwar it-temi tal-baġit u dwar it-tweġiba għalih tal-oppożizzjoni. L-aqwa żmien kien biss il-bidu. Iċ-ċejċa għad irridu nmaxtruha. Robert Abela qalilna lbieraħ li qed jilmaħ “prosperità ġdida”. Tajjeb li jkollok prim ministru li juri [...]