Dakinhar li l-Papa jħassar stedina għall-ikel.
U dakinhar li l-awtorità dwar it-tmexxija tat-traffiku jkun jidrilha li għandu jitneħħa speed camera biex b’hekk jitnaqqas deterrent u għodda biex tiġi infurzata l-liġi li għandha l-iskop li tikkontrolla l-veloċità eċċessiva.
U dakinhar li deċiżjoni bħal din tiġi diskussa wkoll fl-ogħla livelli tal-gvern – jiġifieri fil-Kabinett tal-Ministri – u wkoll tiġi mħabbra fuq ix-xandir tal-istat b’mod li jixbaħ ferm aħbar imħabbra minn Pyongyang TV li, grazzi għall-għerf tal-Kbir Mexxej Kim, il-Korea ta’ Fuq għadha kemm sparat vettura spazjali lejn ix-xemx.
Dan, jiddispjaċini ngħid, huwa l-pajjiż li qed ngħixu fih.
U ninsabu appik li nerġgħu nġeddulhom iċ-ċens għal 5 snin oħra.