Qorti tiċħad kawża ta’ libell ta’ Raphael Vassallo: artiklu tiegħi dwar l-omertà mhuwiex libelluż
Il-qorti llum ċaħdet talba li Raphael Vassallo kien għamel kontra tiegħi dwar artiklu li jien kont xandart f'Ottubru tal-2019 li fih semmejt l-introduzzjoni ta' liġijiet speċifiċi fl-Italja fis-snin 80 bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-mafja. Fl-artiklu kont irriferejt għall-kunċett ta' omertà, li kont ktibt li jinkludi sitwazzjonijiet li fihom ġurnalisti jqarrqu bil-qarrejja tagħhom billi jippruvaw [...]